Micallef Joe Travel

Għeżież ħbieb,                  

Għeżież ħbieb,

 

Għaddiet sena oħra u ninsab nerġa nikteb dan il-messaġġ għal browxer Sajf 2019. Bħal dejjem l-iskop tagħna jkun immirat li noffrulkom tours tal-aqwa kwalita bi prezzijiet tajbin. Napprezza l-fatt li ħafna minnkom tkunu qed tistennew dan il-browxer bl-iskop li tagħżlu l-ġita tagħkom għas-sajf li ġej.

Ser nibda biex insemmi ġiti li huma popolari fosthom ix-xiri mis-suq ta’ Catania, eskursjonijiet kulturali bħalma huma Taormina, Ortigia, Gole d’alcantara, Mt Etna u anke ġurnata sħiħa fil-park tad-divetiment ta’ Etnaland.  Għandna wkoll il-ġiti lejn in-naħat t’isfel li huma popolari fosthom Ragusa Ibla, ix-xiri mis-suq ta’ Vittoria,  Chiaramonte Gulfi, post magħruf għaż-żejt taż-żebbuġa fejn immorru f’waħda minn diversi ażjendi li jipproduċu ż-żejt.  Din is-sena żidna postijiet ġodda li huma Scicli u anke ċ-ċentru storiku ta’ Vittoria.

 

 

Kif kulħadd jaf ir-rotta  tagħna hija dik ta’ Sqallija u din is-sena ser nerġgħu noffrulkom it-tour ta’ ħamest’ijiem lejn il-kapitali Palermo. Dan it-tour li hu mqassam fuq 5 t’ijiem inżuru diversi postijiet sbieħ bħalma huma  Cefalu’, Erice u  Trapani.  Lukanda fuq bażi ta’ half board li għandek ukoll varjazzjoni kbira ikel kif ukoll għandek aċċess għal pixxina kif ukoll il-bajja.

Ser jerġgħa jkollna ukoll il-famużi tours ta’ erbat’ijiem lejn iż-żona ta’ Taormina b’lukandi lussuzi t’4 stilel b’kolazzjon u l-ikla filgħaxija buffet. Bħala eskursjonijiet fihom minn kollox – xiri, postijiet kulturali, divertiment, insomma pakkett fejn tolqot xi ħaġa lil kulħadd.    Apparti dan ikollna ukoll it-tours ta’ 3’ijiem immirati l-aktar għal min irid igawdi l-Waterpark u anke Themepark ta’ Etnaland. 

 

Tour kompletament ġdid ser ikun dak lejn il-gżejjer tal-vulkani.  F’dan it-tour ser issibu postijiet sbieħ li Sqallija toffri bħalma huma, Santo Stefano di Camastra, Tindari,  il-gżira ta’ Lipari u Vulcano.

 


Apparti Sqallija jkollna ukoll it-tour famuż ta’ Calabria. Peres li d-domanda għal dan it-tour hija kbira ħafna, nissuġġerulkom taħsbu kmieni, u dan biex nippruvaw li ma niddiżappuntaw lil ħadd.

 

Ma jistax jonqos ukoll it-tour annwali lejn il-Polonja li issa sar imfittex minn ħafna, filfatt din is-sena dan it-tour ser ikun organizzat għar-raba’ sena konsekuttiva. Fost postijiet ta’ nteress immorru l-kamp tal-konċentrament, id-dar tal-qaddis l-papa Gwanni Pawlu II, Saltmines, Krakovja u Zakopane.

Qabel nagħlaq dan il-messaġġ nixtieq nirringrazzja lill kull min minn sena għal oħra jfittixna biex iqatta l-vaganza maghna. Grazzi ukoll lill dawk in-nies godda li gew maghna u diga regghu cemplulna biex jergghu jigu din is-sena ukoll. Grazzi tal-kummenti li dejjem thallulna. Ringrazzjament minn qalbi jmur lejn it-tour leaders kollha taghna. Kollha jagħtu l-ħin tagħhom biex jaraw li intom klijenti tkunu kuntenti u moqdija sew fil-ġiti li jkollna kemm ta’ ġurnata kif ukoll ta’ aktar minn ġurnata.  Ta’ dan nirringrazzjhom minn qalbi tad-dedikazzjoni u x-xogħol li jagħmlu.

Ħadd ma’ jista’ Jurik Sqallija aħjar! huwa s-slogan tagħna ... u dan grazzi għalikom ħbieb li għentuna u  wassaltuna sa hawn.

 

 

Joe Micallef.